L-esperti mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-Osservatorju Ewropew dwar is-Sistemi u l-Politiki tas-Saħħa (Osservatorju) ħejjew sett ta’ 29 Profil tas-Saħħa tal-Pajjiżi, li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE, kif ukoll l-Iżlanda u n-Norveġja.
Il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi ta’ L-Istat tas-Saħħa fl-UE tfasslu biex ikunu punt uniku ta’ għarfien u informazzjoni dwar is-sistema tas-saħħa tal-pajjiżi, imqiegħdin f’perspettiva ta’ paragun bejn il-pajjiżi tal-UE.
Il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi huma riżorsa komprensiva li tkopri l-aħħar sfidi u żviluppi tal-politika tas-saħħa ta’ kull pajjiż.
Kull Profil tas-Saħħa tal-Pajjiż jipprovdi:
- sinteżi qasira tal-istatus tas-saħħa fil-pajjiż
- id-determinanti tas-saħħa (b’enfasi fuq il-fatturi ta’ riskju tal-imġiba)
- rendikont tal-organizzazzjoni tas-sistema tas-saħħa
- analiżi tal-effettività, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza ta’ kull sistema tas-saħħa.
Dan il-qafas kunċettwali huwa bbażat fuq l-objettivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti.
Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi tal-2023